Ħidma fil-ġnien jew gardening Gardening
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal ĦIDMA FIL-ĠNIEN jew GARDENING għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal ĠNIEN. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 u tieqaf mimduda fuq quddiem bil-pala tħares ’l isfel, L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin u bil-minkeb wara l-id il-wieqfa. Il-pala tħares lejn il-ġenb. Din l-id iddur biex il-pala tiġi tħares lura u tkompli miexja lejn il-ġenb l-ieħor, mingħajr ma tmexxi l-minkeb, u għalhekk tixxengel ftit ’l isfel. Imbagħad, l-id tmur lura fil-ġenb bil-pala tħares lejn il-ġenb, iddur biex il-pala tiġi tħares ’il ġewwa. Fl-istess ħin, l-id il-wieqfa ddur biex il-pala tiġi tħares ’il fuq. L-id l-oħra tinżel għal fuq il-pala tal-id il-wieqfa biex il-ġenb tas-saba’ ż-żgħir jolqot ħafif il-ponot tas-swaba’ tal-id il-wieqfa.
The sign for GARDENING has two parts. First, the sign for GARDEN is made. One hand takes the shape of 5 and is held stationary at the front with the palm facing downwards. The other hand takes the shape of 5 with fingers apart and the elbow behind the stationary hand. The palm faces the side. The hand turns so that the palm faces inwards and continues to move towards the other side without moving the elbow and so swings a little downwards. Then, the hand moves make to the side with palm facing the side, turns so that the palm faces inwards. At the same time the stationary hand turns so that the palm faces upwards. The other hand moves down onto the palm of the stationary hand so that the side of the pinkie hits the fingertips of the stationary hand lightly.